Illum, Santa Ċeċilja

Is-Soċjetà Filarmonika Leone – soċjetà mużikali – tiċċelebra l-festa ta’ Santa Ċeċilja. Illum, 22 ta’ Novembru 2017, is-Soċjetà Filarmonika Leone qiegħda tiċċelebra jum il-Festa ta’ […]

Is-Soċjetà Filarmonika Leone – soċjetà mużikali – tiċċelebra l-festa ta’ Santa Ċeċilja.

Illum, 22 ta’ Novembru 2017, is-Soċjetà Filarmonika Leone qiegħda tiċċelebra jum il-Festa ta’ Santa Ċeċilja, Patruna tal-Mużiċisti. B’festa ċċelebrata madwar id-dinja, Santa Ċeċilja tibqa mfakkra għal dak li hemm miktub, fejn hekk kif il-mużiċisti kienu qed jdoqqu fit-tieġ tagħha, hi kienet qed tgħanni lill-Mulej ġewwa qalbha.

Sena ilu, is-Soċjetà Filarmonika Leone kien imissha hi li torganizza l-Festa ta’ Santa Ċeċilja ġewwa Għawdex, b’quddiesa pontifikali ġewwa l-Katidral, segwita b’marċ mill-Banda Ċittadina Leone mill-Pjazza tal-Katidral lejn il-Każin tal-Banda Leone fejn sar riċeviment għall-bandisti u l-Baned Għawdxin.

Illum, il-bandiera tas-Soċjetà Filarmonika Leone ttellgħet fuq is-sede tagħha għall-okkażjoni.