Innu Reliġjuż
Is-Sultana tal-Paċi
Kliem
Mis-sema kaħlan kollu dija
Ixxerred bil-kotra l-barkiet
Sultana tal-paċi, Marija
Reġina tal-art u s-smewwiet.
Minn qlubna itir lejn is-sema
Dan talbna ifuħ tant ħerqan
Ta’ wliedek l’għażluk biex tkun ommhom
Ta’ poplu għalik tant għatxan.
Tal-għodwa il-kewkba li ddawwal
Li tiddi fil-qlub li jħobbuk
Bi ġmielek ħajjitna int timla
Bħal ġenna f’din l-art ingawduk.
Ħallina minn qalbna nroddulek
Il-ġieħ li jixraqlek kull ħin
Qatt lilna tħallina waħedna
Ibq’inti l-omm tagħna l-Maltin
Saltan fuqna Omm qaddisa
Tempju ħaj ta’ paċi w sliem
Fih hemm jgħammar Kristu Ibnek
Dawl dejjiem ma jgħibx maż-żmien.
