Bejn is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ Diċembru 2017 saret l-elezzjoni tal-Kumitat Ċentrali u Kummissjoni Banda.
Din l-elezzjoni saret fis-Sala Dr Francesco Masini fil-Każin tal-Banda Leone, li għaliha kienu eleġibbli għall-vot il-bandisti, membri tal-kumitat, kapijiet tal-fergħat u onorarji. Il-Kummissjoni Elettorali kienet komposta minn Anton F. Attard bħala Chairman, Anna Attard u Mariella Sultana bħala membri.
Il-Kumitat Ċentrali elett minn din l-elezzjoni huwa hekk kif ġej:
President
Dr Michael Caruana LL.D.
Segretarju
Thomas Bajada
Kaxxier
Joseph Abela (Ġużi)
Prokuratur tal-Festa
Roderick Cordina
Kordinatur tal-Banda
Anton Portelli
Direttur tal-Każin
Silvan Grima
Manager tat-Teatru
Gilbert Haber
Rappreżentant tal-Fergħat
Gordon Grech
Il-Kumitat Ċentrali elett għandu jiltaqa’ fil-jiem li ġejjin sabiex jaħtar l-assistenti u karigi fi ħdan is-Soċjetà hekk kif stipulat mill-istatut.
Il-Kummissjoni Banda eletta minn din l-elezzjoni hija hekk kif ġejja:
Apap Colin
Apap Paul
Attard Josef
Azzopardi Anton
Borg Daniel
Gauci Joseph
Grech Alfred
Grech Edward
Portelli Aldo
Portelli Joseph
Thewma Jack
Il-Kummissjoni Banda eletta għandha tiltaqa’ fil-jiem li ġejjin sabiex jitqassmu l-irwolijiet fi ħdan l-istess Kummissjoni. Minn din il-Kummissjoni, il-Viċi-Chairman u Viċi-Segretarju jidħlu awtomatikament fi ħdan il-Kumitat Ċentrali. B’hekk, il-Kumitat Ċentrali ikun komplet.

