Bejn is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ Novembru 2018 saret l-elezzjoni tal-Kumitat Ċentrali 2018-2020
Din l-elezzjoni saret fis-Sala Dr Francesco Masini fil-Każin tal-Banda Leone, li għaliha kienu eleġibbli għall-vot il-bandisti effettivi, membri tal-kumitat, kapijiet tal-fergħat u president u bandisti onorarji. Il-Kummissjoni Elettorali kienet komposta minn Anna Attard bħala Chairperson, Mariella Sultana u Jana Theuma bħala membri.
Il-Kumitat Ċentrali elett minn din l-elezzjoni huwa hekk kif ġej:
President
Dr Michael Caruana
95.7%
Segretarju
Thomas Bajada
97.9%
Kaxxier
Joseph Portelli
95.7%
Kordinatur tal-Banda
Anton Portelli
95.8%
Prokuratur tal-Festa
Joseph Cordina
97.9%
Direttur tal-Kazin
Silvan Grima
89.4%
Manager tat-Teatru
Gilbert Haber
89.1%
Il-Kumitat Ċentrali elett għandu jiltaqa’ fil-jiem li ġejjin sabiex jaħtar l-assistenti u karigi fi ħdan is-Soċjetà hekk kif stipulat mill-istatut.

