Innu Reliġjuż
Ġmiel l-Aurora
Kliem
Sellem, staħba f’nofs Awwissu
L-aħħar raġġ tax-xemx li iddiet
Niel quddiem ix-‘Xemx’ kaħlana
Ċeda l-kobor tas-smewwiet.
Ibqa’ iddi ‘Xemx’ sabiħa tagħna
Jilma s-sema b’dawl għajnejk
Kun għal din il-art li tħobbok
Tama f’rebħa mal-Feddej.
Għalhekk jisboq fik Marija
Ġmiel l-Aurora fiż-żernieq
L-ogħla żina t’Għawdex tagħna
M’għand Missierna il-Ħallieq.
Meta x-xemx tiżreġ setgħana
Mis-sajf Malti fl-isbaħ jum
Ftiehmu l-qniepen biex mal-poplu
Kulħadd lej’x-‘Xemx’ l-oħra jqum.
Għalhekk żommna Omm glorjuża tagħna
Ifrex fuqna sbieħ barkiet
Din il-belt f’riġlejk inroddu
Tiegħek denji nkunu wlied
Għalhekk jisboq fik….
