Innu Marċ
Ifraħ Ifraħ Belt tas-Sema
Kliem
Ifraħ ifraħ belt tas-sema
Għax fik ġejja l-isbaħ żina
Ġejja l-Omm ta’ Ġesù Kristu
Mas-sultan ġejja r-reġina.
B’dik ir-ruħ mill-ġdid mal-ġisem
M’għadhiex iżjed mal-mejtin
Tielgħa s-sema kollha mgħannqa
Ma’ Ġesù binha l-ħanin.
Tielgħa qalb il-kant tal-anġli
Qalb il-kant u qalb il-fwieħa
Tal-inċens, O x’int Marija
F’dak it-tlugħ, ħelwa w sabiħa.
