Innu Marċ

Lil Santa Marija Assunta

0:00
Mużika
Vincenzo Ciappara
Kliem
Ġanninu Cremona

Kliem

Għawdex kollu tbiddel f’ġenna
F’festa w ferħ ma’ kullimkien
L-art u s-sema qed isellmu
Lis-sultana tal-ħolqien.

Qalb il-kwiekeb bħal xemx ġdida
Dehret tielgħa ‘l fuq Marija
Biex bħal Omm, patruna tagħna
Tkun l-unur tal-gżira Għawdxija.

O Marija, inti l-għaxqa
Tal-ħolqien, tas-sema w l-art
Inti l-glorja t’Għawdex tagħna
Lil kulħadd warajk saħħart.

Inti l-glorja t’Alla nnifsu
L-ebda xebħ ma joqgħod ħdejk
L-ebda stilla minn tas-sema
M’għandha d-dawl sabiħ t’għajnejk.
Int reġina ta’ re qawwi
Li saltnietu ma tmut qatt
Sbejħa bħalek fl-art u s-sema
Alla żgur m’għamel lil ħadd.