Surmastrijiet

Matul il-medda ta’ aktar minn 154 sena ta’ ħajja, il-kumitat tas-Soċjetà Filarmonika Leone dejjem ħa ħsieb li jakkwista l-aħjar surmastrijiet ta’ dak iż-żmien għall-banda. Fil-fatt, tista’ tiftaħar b’14 -il surmast li kollha ħallew impatt pożittiv u notevoli fuq il-banda. Hekk insibu pereżempju, l-ewwel surmastrijiet li kienu strumentali għat-twaqqif tal-banda. Anton Miruzzi ħallielna fost l-ewwel kompożizzjonijiet funebri u Vincenzo Carabott l-ewwel innu l-kbir ta’ Santa Marija; l-ewwel wieħed li qatt kien hawn f’Għawdex. Warajh ġie Orlando Crescimanno bil-kapulavuri tal-innu l-kbir u l-innu La Croce (1913); żewġ ġawhriet fl-arkivji mużikali; arkivji li komplew jistagħnew bil-mużika ta’ Giovanni Giumarra, l-ewwel surmast impjegat f’Għawdex, u Ġużè Stivala li t-tnejn li huma ġabu unuri kbar lill-banda bir-rebħ ta’ kompetizzjonijiet mużikali esegwiti minnha. Tkompli l-lista u jitfaċċaw ismijiet notevoli bħal Willie Attard li ħallielna wirt mużikali tant għażiż għall-purċissjoni ta’ Santa Marija, Joseph Sammut li beda l-opri fit-Teatru Aurora u s-surmast attwali Colin Attard li, apparti milli għandu rekord ta’ opri li dderieġa fit-Teatru tal-Opra Aurora, kien strumentali biex aġġorna l-orjentament u l-identità tal-banda li tgħożż u teċċella kemm fil-klassiku kemm fil-kontemporanju.

Is-Surmast Direttur tal-banda jiġi maħtur mill-Kumitat Ċentrali iżda mhux membru fih. Ikun mistieden għal xi laqgħat tal-Kummissjoni Banda biex jagħti pariri u opinjonijiet tekniċi u loġistiċi dwar mużika li l-kummissjoni tkun trid tipproponi lill-kumitat biex tindaqq f’xi okkażjonijiet, kif ukoll jiġi mistieden għal-laqgħat tal-Kummissjoni Opra.

Mro. Dirjanu Lanzon
Mro. Dirjanu Lanzon1863-1879
Mro. Ġorġ Tabone
Mro. Ġorġ Tabone1863-1872
Mro. Akille Lanzon
Mro. Akille Lanzon1879-1884
Mro. Anton Buhagiar
Mro. Anton Buhagiar1885-1887
Mro. Emanuele Vassallo
Mro. Emanuele Vassallo1888-1889
Mro. Anton Miruzzi
Mro. Anton Miruzzi1890-1893
Mro. Vincenzo Carabott
Mro. Vincenzo Carabott1893-1910
Mro. Orlando Crescimanno
Mro. Orlando Crescimanno1911-1923
Mro. Giovanni Giumarra
Mro. Giovanni Giumarra1923-1933
Mro. Ġużeppi Stivala
Mro. Ġużeppi Stivala1933-1936
Mro. Luigi Di Mauro
Mro. Luigi Di Mauro1937-1941
Mro. Pawlu Lanzon
Mro. Pawlu Lanzon1942-1944
Mro. Willie Attard
Mro. Willie Attard1944-1957
Mro. Joseph Abela Scolaro
Mro. Joseph Abela Scolaro1957-1958
Mro. Joseph Sammut
Mro. Joseph Sammut1958-1991
Mro. Colin Attard
Mro. Colin Attard1991-