Elezzjoni: Riżultat

Bejn is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ Novembru 2018 saret l-elezzjoni tal-Kumit Ċentrali 2018-2020 Din l-elezzjoni saret fis-Sala Dr Francesco Masini fil-Każin tal-Banda Leone, li għaliha kienu […]

Bejn is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ Novembru 2018 saret l-elezzjoni tal-Kumitat Ċentrali 2018-2020

Din l-elezzjoni saret fis-Sala Dr Francesco Masini fil-Każin tal-Banda Leone, li għaliha kienu eleġibbli għall-vot il-bandisti effettivi, membri tal-kumitat, kapijiet tal-fergħat u president u bandisti onorarji. Il-Kummissjoni Elettorali kienet komposta minn Anna Attard bħala Chairperson, Mariella Sultana u Jana Theuma bħala membri.

Il-Kumitat Ċentrali elett minn din l-elezzjoni huwa hekk kif ġej:

President

Dr Michael Caruana

95.7%

Segretarju

Thomas Bajada

97.9%

Kaxxier

Joseph Portelli

95.7%

Kordinatur tal-Banda

Anton Portelli

95.8%

Prokuratur tal-Festa

Joseph Cordina

97.9%

Direttur tal-Kazin

Silvan Grima

89.4%

Manager tat-Teatru

Gilbert Haber

89.1%

Il-Kumitat Ċentrali elett għandu jiltaqa’ fil-jiem li ġejjin sabiex jaħtar l-assistenti u karigi fi ħdan is-Soċjetà hekk kif stipulat mill-istatut.