Wara li saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali, il-Ħamis 14 ta’ Diċembru 2017 għalqu in-nomini għall-kandidati tal-elezzjoni tal-Kumitat Ċentrali u tal-Kummissjoni Banda.
Il-Kummissjoni Elettorali, komposta minn Anton F. Attard bħala Chairman, flimkien ma’ Anna Attard u Mariella Sultana bħala membri, ikkonfermat in-nomini t’hawn taħt.
Kandidati Kumitat Ċentrali 2017-18
President
Dr Michael Caruana LL.D.
Segretarju
Thomas Bajada
Kaxxier
Joseph Abela (Ġużi)
Prokuratur tal-Festa
Roderick Cordina
Kordinatur tal-Banda
Anton Portelli
Direttur tal-Każin
Silvan Grima
Manager tat-Teatru
Gilbert Haber
Rappreżentant tal-Fergħat
Gordon Grech
Kandidati Kummissjoni Banda
Apap Colin
Apap Paul
Attard Josef
Azzopardi Anton
Borg Daniel
Gauci Joseph
Grech Alfred
Grech Edward
Portelli Aldo
Portelli Joseph
Thewma Jack
Hekk kif jistipola l-istatut, il-kandidati tal-Kumitat Ċentrali jkunu eletti b’50%+1 tal-voti validi, għajr il-kandidat għall-kariga tal-President, liema kandidat jiġi dikjarat elett jekk jġib żewġ terzi tal-voti. Fir-rigward tal-elezzjoni tal-Kummissjoni Banda, jiġu eletti dawk il-kandidati li jġibu 50%+1 tal-voti validi.
Bandisti, membri tal-Kumitat, kapijiet ta’ fergħat u presidenti u bandisti onorarji jistgħu jivvutaw f’din l-elezzjoni mifruxa fuq il-jumejn li ġejjin, hekk kif stipulat hawn taħt:
Illum, is-Sibt 16 ta’ Diċembru 2017, bejn is-6pm u 8pm;
Il-Ħadd 17 ta’ Diċembru 2017, bejn 9am u 10.30am, u 5pm u 7pm.

